It-tfal taghna nhobbuhom daqs il-milli ta’ghajnejna. U naghmlu minn kollox biex inharsuhom mil-mard u l-perikli matul hajjihom. Madanakollu l-akbar kawza il-ghala t-tfal jispiccaw l-isptar hija minhabba korrimenti. Hafna minn dawn l-accidenti jigru ghal-arieda u ma jkunu tort ta’ hadd. Pero kulltant meta wiehed ihares lura u jara xi jkun gara gieli jsib illi forsi l-accident seta gie evitat. Ha naghtu ftit ezempji:
Trabi
Kwazi kull gimgha nara trabi zghir illi jkorru ghax jaqaw minn fuq soda jew “nappy changer”. Tarbija tat-twelid kif tpoggiha toqghod. Imma fi ftit gimghat it-tarbija malajr titghallem iddur. L-ikbar zball li naghmlu jkun meta nhallu tarbija wahida, anke ghal ftit sekondi, fuq x’imkien fil-gholi ghax nahsbu li mhux se ticcaqlaq. Importanti, l-aktar meta nkunu qed inbidlu n-“nappy” tat-tarbija, illi jkollna kollox preparat minn qabel biex ma jkollniex inhalluha wahida.
Periklu iehor ghat-trabi huwa l-“baby walker”. Niehdu gost hafna naraw it-tarbija taghna tigri u tifrah fil-“walker”. Imma fejn hemm it-tarag dan hu perikoluz immens. U anke jekk tkun ghamilt grada mat-tarag apposta biex it-tifel ma jaqax. Ma’ l-ewwel nofs sekonda illi int taljena rasek u thalli l-grada miftuha, it-tifel bil-“baby walker” b’kollox dritt ghat-tarag b’konsegwenzi koroh. Dawk l-accidenti bil-“baby walkers” narahom spiss u kwazi dejjem ikunu serji.
Fid-Dar
Meta t-tfal jibdew titfarfru u jigru mad-dar irridu noqghodu b’seba’ ghajnejn illi affarijiet ta’ kuljum ma jkunux ta’ periklu ghalihom. L-iktar zewg kmamar perikoluzi fid-dar huma l-kcina u l-kamra tal-banju. Fil-kcina irridu noqghodu attenti hafna minn ikel u likwidi shan. Jekk tifel jew tarbija tinstamat tibqa’ immarkata ghal hajjitha. Mela mportanti illi waqt it-tisjir it-tfal ma nhalluhomx jigru ma saqajnna. Fil-kcina ukoll hemm periklu iehor ta’ likwidi u detergenti velenuzi. Jekk jista’ jkun dawn ghandna nerfghuhom fil-gholi fejn ma jilhquhomx it-tfal. U zgur qatt ma ghandna naghmlu xi likwidu iehor f’xi flixkun tal-luminata ghax b’hekk inkunu qed nistiednu xi dizgrazzja.
Il-kamra tal-banju ukoll fiha l-perikli taghha. Qatt ma ghandha nhallu tfal zghar wahidhom fejn hemm l-ilma. Anke tfal zghar li waqaw u gherqu got-tiolet kien hemm! Mbaghad irridu noqghodu attent ukoll illi l-ilma tal-banju ma jkun jahraq wisq. Rajna kemm il-darba tfal illi jinstamtu b’hekk. L-ahjar mod kif nipprevjenu li jigri dan huwa billi ma nghollux it-thermostat tal-“water heater” aktar min 30 grad.
Sors iehor ta’ nkwiet fid-dar huwa l-medicini. It-tfal ihobbu jikkopjaw u jesperimentaw. Ma ghandiex inhallu medicini fid-dar fejn isibuhom it-tfal. Medicini li ma ghadiex nuzawhom ghandna narmuhom. Ohrajn il bilfors ghandna bzonnhom, l-ahjar li jkunu go kontenituri li jkunu “child proof”. Jigifieri illi l-ghatu taghhom jinfetah biss jew idawwru waqt li taghfas l-isfel. F’kaz li tifel jiehu xi medicina li hux suppost irridu nkellmu t-tabib mal-ewwel u niehdu l-medicina jew il-pakett tal-pilloli maghna.
Dawn huma biss ftit ezempji ta’ kif b’naqra hsieb u attenzjoni nistghu naqqsu l-perikli ghat-tfal zghar taghna.