babies malta logo

Join our Newsletter | Login | Sign up for free


Chat and Discuss Cutest Photos Contact Us
 
  Pregnancy Birth Early Days Breastfeeding First Year Toddlers  
 
Pregnancy Diaries
Birth Stories
 
Your questions answered
   

New content is added to this site regularly, so visit us frequently or subscribe to our mailing list to catch up with all that we have to tell you!

Home > Pregnancy > L-Estensjoni tal-Maternity Leave

caroline galea L-Estenzjoni tal-Maternity Leave

Artiklu miktub minn Caroline Galea

Bhal issa ghaddejja mewga ta’ opinjonijiet kemm f’Malta u anke barra minn xtutna b’rejazzjoni ghad-decizjoni tal-Parlament Ewropew biex jigi estiz il-leave tal-maternita’ minn 14 il-gimgha ghal 20 gimgha.

Mela din id-decizjoni ttiehdet ghax Membri Tal-Parlament Ewropew jifhmu u japprezzaw is-sehem tal-mara fid-dinja tax-xoghol. Ghal grazzja t’Alla hemm bizzejjed nisa fil-Parlament Ewropew biex jaghtu l-kontribut taghhom u biex jfhiemu ukoll l-importanza li mara li ghada kif saret omm jkollha bizzejjed zmien biex tqatta’ hin mat-tarbija taghha. Dan iz-zmien krucjali ta’ bonding huwa ferm importanti u ta’ gid kbir kemm ghal l-omm il-gdida, ghat-tarbija u ukoll ghal familja kollha. Dawn ir-rapprezentanti taghna eletti fil-Parlament Ewropew fehmu wkoll l-importanza li anke l-missierijiet ghandhom rwol importanti f’dawn iz-zmienijiet tant specjali wara t-twelid u fil-fatt ghal l-irgiel ukoll hemm estensjoni tal-leave li issa gie ghal gimghatejn.

F’dinja fejn il-mara qed taghmel successi kbar fid-dinja tax-xoghol kien sar ovvju li minhabba n-natura bijologika taghha, mara jkollha bzonn taghmel certu decizjonijiet meta tasal biex tibni l-familja taghha.  Bl-estenzjoni tal-maternity leave, mara issa ghandha l-ghazla li flok taqbad u tirrilaxxa l-impieg taghha wara t-twelid biex tiehu hsieb it-tarbija, tiehu dan iz-zmien bhala spazju ghalija u ghat-trobbija tat-tfal qabel hi tirritorna fuq il-post tax-xoghol.

Min jghid li min ihaddem issa ser jara kif jaghmel biex ma jhaddimx nisa biex ma jkollux ghalfejn jgorr il-piz finanzjarju ta’ dan il-maternity leave fl-opinjoni tieghi qed jghid hmerija jew inkella qatt ma kien f’sitwazzjoni fejn hu stess kien ihaddem lin-nisa. Employer li jhaddem nisa haddiema tajbin jaf u jaghraf il-potenzjal ta’ mara bhala impjegata tieghu. Mara hija hawtiela, dedikata, lejali u krejattiva fuq xogholha u l-kapacitajiet taghha fuq il-post tax-xoghol ta’ spiss jozbqu dawk tal-kollegi taghha irgiel. Employer ghaqli jaf li jekk mara ser tuza dan il-leave hi imbaghad ser issarraf din il-fiducja billi taghti lura lil kumpanija hafna fil-valur tax-xoghol taghha.

Id-diskussjoni fuq livell lokali tkompli hekk kif fix-xhur li gejjin l-istake holders kollha ser jkunu involuti f’negozjati mal-Gvern sabiex jaraw kif u min ser jissussidja l-hlas ghal dan il-leave.  Wiehed japprezza li l-ispejjes involuti ser jhallu impatt differenti fuq intrapriza ta’ 15 ir-ruh ghal min nghidu ahna jhaddem 200 ruh.  Nispera li n-negozjati jkunu ta’ beneficcju u li jsiru f’dawl li dejjem jibqghu jigu mharsa d-drittijiet tal-mara u tinghata attenzjoni partikolari ghal l-importanza tat-tishih tal-familji taghna.

Dan l-artiklu huwa miktub minn Caroline Galea. Tista tikkuntattja lil Caroline fuq info@carolinegalea.com jew mobile 99491069.

Inti x'tahseb fuq din l-estensjoni? Aghtina l-hsibijiet tieghek u tista tirbah rigal sabih minghand Nestle. Ippartecipa fis-survey ta' BabiesMalta.


 

Custom Search
 

Home - Pregnancy - Birth - Early Days - Breastfeeding - First Year - Toddlers - Pregnancy Diaries - Birth Stories - Popular Baby Names in Malta - Ask the Expert - News - Photo Gallery - Join for Free - Chat and Discuss- Competitions - About Us - Advertising - Contact Us - Sitemap - Terms and Conditions
 
 
 
 
 
 
 

Latest Articles by Our Experts
Baby News and Events
Bookmark and Share