babies malta logo

Join our Newsletter | Login | Sign up for free


Chat and Discuss Cutest Photos Contact Us
 
  Pregnancy Birth Early Days Breastfeeding First Year Toddlers  
 
Pregnancy Diaries
Birth Stories
 
Your questions answered
   

New content is added to this site regularly, so visit us frequently or subscribe to our mailing list to catch up with all that we have to tell you!

Home > Pregnancy >Quddiesa

Quddiesa u barka fuq l-ommijiet u t-trabi fil-Guf taghhom f-Parrocca ta’ Wied il-Ghajn

Fid-29 ta' Marzu 2009 saret l-ewwel quddiesa u barka ghall-ommijiet u t-trabi fil-guf taghhom fil-Knisja Parrokkjali ta'  Wied il-Ghajn. Qaddes il-WR Kappillan Dun Walter Cauchi. Il-quddiesa hija miftuha wkoll ghall-missierijiet, nanniet, qraba  u hbieb tal-familja. Jitqassam fuljett bit-talb tal-quddiesa u l-barka. Wara, il-fuljett jehduh maghhom biex ikomplu jitolbu flimkien lil Alla matul it-tqala kollha fid-djar tag]hom.

Fil-hin ta’ l-offertorju, il-Kappillan u l-ommijiet u missierijiet jaqraw djalogu bejn Alla l-Missier u t-tarbija li se titwieled. Wara it-tarbija taghti hajr lil Alla l-Missier li ghazilha biex tkun ic-ckejkna Tieghu. Wara it-tqarbijn missier u omm jag]tu hajr lil Alla li ghazilhom biex ikunu Mieghu biex jaghtu l-hajja lit-tarbija taghhom.

Matul il-konsagrazzjoni l-ommijiet u l-missierijiet jitilghu izommu idejn xulxin madwar l-artal u jsir talb komuni mal-Kappillan. 

Wara l-quddiesa l-ommijiet u l-missierijet jingabru hdejn l-Istatwa ta’ Sant Anna fejn il-Kappillan jaghti l-barka fuq l-ommijiet kollha.

Wara il-Kappillan jaghti  santa kbira bil-kulur bl-istatwa ta’ Sant Anna, il-padruna ta Wied il-Ghajn, u stampa ta’ tarbija fil-guf. Fuq is-santa l-kbira jinkiteb isem it-tarbija. L-ommijiet jinghataw ukoll santa izghar ta’ Sant Anna b'talba lil Sant Anna u domni  ta’ devozzjoni.

Fl-ahhar tal-quddiesa jittiehed ritratt kulhadd flimkien. li wara jintbagaht lill-ommijiet  id-dar tag]hom minghajr hlas biex jinzamm rikordju  ta’ l-okkazzjoni. 

Il-Quddiesa issir fl-ahhar Hadd tax-xahar ta’ Marzu, Gunju, Settembru u Dicembru ta’ fl-10.15 ta’ filghodu.  

Attendew ommijiet u missierijiet minn M’Scala, B’Bugia, Fgura, Ghaxaq, Mgarr, Mosta, Msida, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Qormi, Qawra, Siggiewi, Tarxien, Zabbar, u Zejtun.

Jattendu ukoll ommijiet u missierijiet biex jaghtu hajr lil Alla li jkunu welldu it-tarbija taghhom. 

Il-Kappillan ihajjar lil ommijet u missierijiet li se jwelldu tarbija minn Malta kollha biex barra li jattendu ghall-quddiesa u l-barka jibqghu jzuru b’devozzjoni l-istatwa ta’ Sant Anna f’Wied il-Ghajn minn zmien ghal zmien matul it-tqala u jhajjru ommijiet u missierijiet ohra biex jaghmlu dan.                                                                               

Il-Quddiesa u Barka li jmiss se ssir il-Hadd, 27 ta’ Gunju, 2010, fl-10.15 am.        

          

 

Custom Search
 

Home - Pregnancy - Birth - Early Days - Breastfeeding - First Year - Toddlers - Pregnancy Diaries - Birth Stories - Popular Baby Names in Malta - Ask the Expert - News - Photo Gallery - Join for Free - Chat and Discuss- Competitions - About Us - Advertising - Contact Us - Sitemap - Terms and Conditions
 
 
 
 
 
 
 

Latest Articles by Our Experts
Baby News and Events
Bookmark and Share